New Waste Collection Schedule

New Waste Collection schedule effective from next Wednesday, the 1st of February.

Il-bidliet fil-leġislazzjoni b’rabta mal-ġbir u r-rimi tal-iskart li daħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li għaddew wasslu għal tibdil fl-iskeda tal-ġbir tal-iskart anki fis-Central Business District, li issa qed issegwi l-istess skeda bħall-bqija tal-pajjiż.

Bl-għan li jkompli jittejjeb l-ambjent li fih ngħixu u naħdmu, kif ukoll sabiex jiġu evitati penali bla bżonn, is-Central Business District Foundation tixtieq tfakkar f’dawn il-bidliet fl-iskeda (ara n-naħa l-oħra) u f’uħud mir-regolamenti, fosthom:

• Skart jew żibel kummerċjali jfisser skart jew żibel minn postijiet li fih issir xi tip ta’ attività ekonomika u jinkludi ħwienet, workshops, postijiet ta’ l-isport, rikrejazzjoni u divertiment, u ma jinkludix:

• Skart residenzjali;
• Skart industrijali; u
• Radam u ħamrija.

• Ħadd ma jista’ jarmi żibel f’post pubbliku, triq, baħar, jew spazju fil-miftuħ li għalih il-pubblikku għandu aċċess, sakemm id-depożitu u t-tħallija tal-iskart ma jkunux awtorizzati b’liġi.

• Kwalunkwe skart jew żibel ma jistax jintrema qabel erbgħa (4) siegħat mill-ħin li soltu jinġabar. Jekk dan isir, il-persuna li toħroġ l-iskart tista’ tiġi mmultata mhux inqas minn €150 u mhux iktar minn €550.

• Sid jew okkupant ta’ bini kummerċjali għandu jipprovdi, bi spejjeż tiegħu, laned taż-żibel jew reċipjenti konvenjenti oħra, li għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonjiet li l-Gvern jista’ joħroġ, u jitqiegħdu f’postijiet xierqa fil-bini tal-istabbiliment kummerċjali, jew fit-triq, jew f’post pubbliku fil-viċinanzi tal-bini. Kull persuna li tonqos li tagħmel dan tista’ tiġi mmultata bejn €2,000 u €3,000.

• B’eżenzjoni ta’ produtturi li jkollhom inqas minn 100 kilo ta’ materjal ta’ ippakkjar fis-suq f’sena kalendarja, kull min hu stabbilit f’Malta u:
• jimmanifattura ippakkjar jew materjal ta’ ippakkjar li jitqiegħed fis-suq Malti;
• iqiegħed fis-suq Malti fuq bażi professjonali ippakkjar, materjal tal-ippakkjar, jew oġġetti ippakkjati minn pajjiż terz jew minn Stat Membru tal-UE; u/jew
• ibiegħ ippakkjar jew materjal tal-ippakkjar permezz ta’ komunikazzjoni b’distanza bħal teleshopping, eċċ.;
għandu l-obbligu li jkun membru ta’ organizzazzjoni, bħal m’huma Green MT jew Green Pack, li jkollha r-responsabbiltà għall-irkupru tal-iskart tal-ippakkjar kollu min-naħa tad-distributur.

• Produttur li jagħżel li jkun awto-konformi jkun obbligat li jiffirma ftehim mad-distributur/i biex jiġbor lura l-iskart għall-ippakkjar.

Inħeġġukom għall-kooperazzjoni sabiex l-ambjent madwarna jkun dejjem iktar sostenibbli, u tikkuntattjaw lill-Fondazzjoni f’każ ta’ diffikultà.